Vita-Mix 101807 Blender User Manual


 
78
MIŻURI IMPORTANTI TAS-SIGURTÀ
Meta tuża din il-magna jew kwalunkwe tagħmir
elettriku ieħor, dejjem segwi dawn l-istruzzjonijiet
bażiċi:
1. Aqra l-istruzzjonijiet kollha.
2. Biex tipproteġi kontra r-riskju ta' xokk elettriku, TPOĠĠIX il-bażi tal-mutur
jew il-pedestall (il-bażi tal-PBS shaver) fl-ilma jew f'likwidu ieħor.
3. Superviżjoni mill-qrib ta' persuni adulti hi meħtieġa meta l-appliance
tintuża minn jew qrib it-tfal. Din l-appliance mhijiex intenzjonata għall-użu
minn persuni (li jinkludu t-tfal) b'ħiliet fiżiċi, sensorjali jew mentali
mnaqqsa, jew b'nuqqas ta' esperjenza u għarfien, ħlief jekk jingħataw
superviżjoni jew struzzjonijiet dwar l-użu ta' l-appliance minn persuna
responsabbli għas-sigurtà tagħhom. It-tfal għandhom ikunu ssorveljati
biex ikun żgurat li ma jilagħbux ma' l-appliance.
4. Qatt m'għandek tmiss jew tagħmel kuntatt ma' partijiet li jitħarrku,
speċjalment max-xfafar.
5. Aqla' l-wajer tad-dawl mis-sokit ta' mal-ħajt meta l-magna Vita-Mix
®
ma
tkunx qed tintuża, qabel ma żżarmaha, meta tkun qed timmonta partijiet
fuqha jew taqlagħhom, jew qabel ma tnaddafha, ħlief jekk tkun qed
tnaddaf il-kontenitur.
6. Il-magna trid tkun ippożizzjonata b'tali mod li l-plagg tal-wajer tad-dawl
tkun aċċessibbli.
7. Il-magna trid tkun ipplaggjata f'sokit jew plagg tal-provvista tad-dawl
għaliha biss, li tkun adattata għall-ħtiġijiet tad-dawl tal-magna. Kellem lil
electrician dwar il-ħtiġijiet xierqa tal-provvista tad-dawl.
8. TĦADDIMX kwalunkwe magna li jkollha l-wajer jew plagg bil-ħsara, jekk
il-magna ma taħdimx sewwa, jew jekk titwaqqa' jew jekk b'xi mod tiġrilha
l-ħsara. Fl-Istati Uniti u l-Kanada, ċempel lil Vita-Mix Technical Support,
fuq 800-8865235 immedjatament biex il-magna tkun tista' tiġi
eżaminata, tissewwa, jew għall-possibbiltà ta' sostituzzjoni, jew
aġġustament elettriku jew mekkaniku. Jekk tgħix barra l-Istati Uniti jew
il-Kanada, ikkuntattja lid-distributur lokali tiegħek ta' Vita-Mix, jew ċempel
lil Vita-Mix International Division fuq +1.440.782.2450 jew ibgħat email lil
international@vitamix.com għal distributur fil-pajjiż tiegħek.
9. TUŻAX aċċessorji li ma jkunux rakkomandati jew mibjugħa minn Vita-Mix
Corporation. Jekk tagħmek hekk, il-garanzija ser tiġi annullata. It-tibdil
jew il-modifikazzjoni ta' dan il-prodott fi kwalunkwe forma mhuwiex
rakkomandat, għax jista' jirriżulta f'korriment.
10. TUŻAX fuq barra.
11. TĦALLIX il-wajer tad-dawl imdendel fit-tarf ta' mejda jew ta' counter.
12. TPOĠĠIX il-magna fuq jew qrib burner tal-gass jew ta' l-elettriku, f'forn
jaħraq, jew tħalli l-magna tmiss ma' wċuħ jaħarqu. Sorsi esterni ta' sħana
jistgħu jagħmlu ħsara lill-magna.
13. Żomm idejk u l-utensili 'l barra mill-kontenitur tal-magna meta l-mutur ikun
jaħdem, biex tiġi evitata l-possibbiltà ta' korriment personali sever u/jew
ħsara lill-magna Vita-Mix. Spatula tal-lastku tista' tintuża, iżda meta
l-magna Vita-Mix MA TKUNX qed taħdem. Bl-għatu flessibbli tal-lastku
f'postu, l-accelerator tool/tamper VitaMix (disponibbli ma' xi mudelli) jista'
jintuża meta l-mutur ma jkunx qed jaħdem.
14. TWISSIJA: Ix-xfafar jaqtgħu! Immaniġġjaha bl-attenzjoni.
Qatt m'għandek tipprova tneħħi x-xfafar meta l-kontenitur ikun fuq
il-bażi tal-mutur.
TĦADDIMX il-blender jekk ix-xfafar ikunu maħlulin, maqsumin jew
bil-ħsara ibdel immedjatament.
Biex tnaqqas ir-riskju ta' korriment personali, qatt m'għandek tpoġġi
l-immuntar tax-xafra fuq il-bażi tal-mutur mingħajr ma l-kontenitur
tal-blender ikun imwaħħal kif suppost.
15. It-tagħbija/kapaċità massima normali hi ekwivalenti għall-uqijiet/litri murija
fuq il-kontenitur, i.e., 48 uqija/1.4 Ltr., u sostanzjalment inqas b'taħlitiet
ħoxnin.
16. Il-kontenitur m'għandux ikun iktar minn 2/3 mimli meta l-accelerator
tool/tamper titħalla fil-post meta tkun tħallat. TAQBIŻX it-30 sekonda ta'
taħlit kontinwu bl-accelerator tool/tamper f'postha.
17. Meta tkun qed tagħmel butir bil-lewż jew ikel ibbażat fuq iż-żejt,
TIPPROĊESSAX għal iktar minn minuta wara li t-taħlita tibda tiċċirkola.
L-ipproċessar żejjed jista' jikkawża sħana żejda perikoluża.
18. ATTENZJONI: Problemi ta' tkessiħ jistgħu jirriżultaw f'shut-off termali,
u eventwali tista' tirriżulta ħsara lill-mutur jekk il-magna titħaddem f'sound
chambers li ma jkunux dawk approvati u mibjugħa minn Vita-Mix.
19. Dejjem għandek tħaddem il-magna bl-għatu ta' żewġ biċċiet komplet
imsakkar f'postu (ħlief jekk l-accelerator tool/tamper tiddaħħal minn
ġol-għatu, jew għal applikazzjonijiet tal-PBS, meta l-isplash guard tkun
f'postha). Neħħi l-plagg ta' l-għatu biss meta tkun qed iżżid l-ingredjenti
jew tuża l-accelerator tool/tamper.
20. TWISSIJA: Meta tipproċessa likwidi jaħarqu:
L-għatu latching b'żewġ partijiet għandu jissakkar b'mod sigur f'postu.
Dan iħalli l-fwar joħroġ b'mod naturali u mhux ser iħalli l-għatu jinqala'
meta l-magna tinxtegħel.
TIBDIEX tipproċessa likwidi jaħarqu fuq veloċità HIGH. Dejjem ibda
ipproċessa likwidi jaħarqu fuq veloċità LOW, imbagħad aqleb fuq
veloċità HIGH waqt li l-magna tkun qed taħdem.
Oqgħod attent/a meta tkun qed timmaniġġja likwidi jaħarqu. Il-likwidi
jistgħu joħorġu minn taħt il-plagg ta' l-għatu, jew il-fwar li jkun ħiereġ
jista' jikkawża li wieħed jinstamat.
TIPPROĊESSAX ingredjenti jaħarqu bl-għatu non-latching jew ta' bicċa
waħda ta' Vita-Mix.
21. TWISSIJA: Il-magni M'GĦANDHOMX jitnaddfu b'ġett ta' l-ilma. Ara
“Kif Tnaddfu u Tieħu Ħsiebu.”
22. ATTENZJONI: Fuq kwalunkwe magna bi swiċċ START/STOP jixgħel,
meta jkun hemm il-bozza mixgħula, dan jindika li l-provvista tad-dawl tkun
ON, u li l-blender jista' jitqabbad. ITFI d-dawl fuq OFF, jew aqla' l-plagg
tal-magna qabel ma tmiss kwalunkwe partijiet li jitħarrku. Itfi s-swiċċ
tad-dawl fuq OFF bil-lejl jew kull meta l-magna tkun ser titħalla waħidha.
Miżuri Addizzjonali tas-Sigurtà għal
Portion Blending System (PBS):
1. TIMLIEX l-ice bin b'xi ħaġa oħra ħlief bis-silġ. Oqgħod attent/a li oġġetti
barranin (i.e., tabs minn landi tas-soft drinks jew birra) MA JAQGĦUX
ġol-bin.
2. TIMLIEX l-ice bin iktar mill-marka vertikali li hemm fil-faċċata ta' l-ice bin.
L-għatu ta' l-ice bin mhux ser jiffittja fuq l-unità jekk timla l-ice bin iżżejjed.
Jekk l-għatu ta' l-ice bin ma jkunx f'postu kif suppost, l-ice bin interlock
mhux ser tikklikkja, u dan jirriżulta f'li l-magna ma taħdimx.
3. TWISSIJA: Ix-xafra ta' l-ice shaver taqta'! Immaniġġjaha bl-attenzjoni.
TĦADDIMX jekk ix-xfafar ikunu maħlulin, maqsumin jew bil-ħsara.
4. TISKONNETTJAX l-ice bin interlock. Li tagħmel hekk jista' jwassal għal
korriment serju.
5. Dejjem għandek tħaddem il-PBS bl-isplash guard u/jew bl-għatu f'posthom.
Erfa’ dawn l-Istruzzjonijiet
dwar is-Sigurtà
Gawdi s-sigurtà ta' din il-magna ertjata. Il-wajer tad-dawl ta' l-Istati Uniti
tal-blender Vita-Mix jiġi mgħammar bi plagg bi tlitt pinns (ertjata) li taqbel ma'
sokit standard ta' mal-ħajt (Figura A). Dan il-wajer ser ivarja għal pajjiżi
barra mill-Istati Uniti.
Adapters (Figura B) huma disponibbli għal sokits b'żewġ pinns. TAQTAX jew
tneħħi t-tielet pinn (l-ert) mill-plagg jew mill-wajer tad-dawl.
Kellem lill-electrician tiegħek jekk m'intix ċert jekk is-sokit ta' mal-ħajt hix
ertjata permezz tal-wiring tal-bini. Ertja l-magna kif suppost permezz ta' sokit
ta' mal-ħajt b'żewġ pinns li tkun ertjata kif suppost, billi twaħħal it-tab fuq
l-adapter ma' l-għatu tas-sokit ta' mal-ħajt permezz tal-vit fiċ-ċentru ta' l-għatu
(Figura B).
Figura A
Figura B
TWISSIJA! ADAPTERS BI TLIET PINNS
M'GĦANDHOMX JINTUŻAW FIL-KANADA.
NOTI IMPORTANTI! L-istruzzjonijiet li jidhru f'din il-Gwida dwar l-Użu u Kif
Tieħu Ħsiebu, ikopru kull kundizzjoni u sitwazzjoni possibbli li tista' sseħħ.
Wieħed għandu juża s-sens komuni u l-attenzjoni meta jħaddem u jagħmel
manutenzjoni fuq kwalunkwe appliance.