80
KIF TIEĦU ĦSIEBU U TNADDFU
Bażi tal-Mutur/Pannell tal-Kontroll
1. Aqla' l-wajer tad-dawl.
2. Aħsel il-wiċċ ta' barra b'biċċa ratba tal-qoton imxarrba b'soluzzjoni
ħafifa ta' ilma sħun* u diterġent jew liquid spray cleaner li ma joborxux.
QATT M'GĦANDEK TGĦADDAS IL-BAŻI TAL-MUTUR FL-ILMA
JEW F'LIKWIDU IEĦOR.
3. Għal mudelli b'kontrolli elettroniċi: Oqgħod attent biex ma tigrifx
jew tobrox id-display window fuq il-pannell tal-kontroll. Uża biċċa ratba
biex timsaħ iż-żona tal-pannell tal-kontroll. Iż-żona tad-display ser
tingiref jekk tmissha b'pad li jobrox jew xi oġġett ippuntat.
4. Għal mudelli bis-swiċċijiet: Naddaf is-swiċċijiet bir-reqqa biex
b'hekk jitħarrku liberament. Dawn jistgħu jsiru jwaħħlu. Uża biċċa
mxarrba bl-ilma* u diterġent ħafif, biex tnaddaf madwar il-truf
tal-paddles tas-swiċċijiet sakemm jiġu jaħdmu liberament. Ħaddem
is-swiċċijiet lura u 'l quddiem għal xi drabi biex taqla' kwalunkwe
residwu niexef li jkun taħt is-swiċċ. Jekk tħalli s-swiċċijiet iwaħħlu, dan
ser jagħmel ħsara jew jaħraq is-swiċċijiet. Naddaf bir-reqqa, u oqgħod
attent/a biex ma tħallix ilma jew likwidi oħrajn jidħlu fis-swiċċ.
5. Imsaħ b’biċċa drapp ratba tal-qoton.
* Aċċerta ruħek li tagħsar l-ilma żejjed minn ġol-biċċa jew sponża meta
tkun qed tnaddaf madwar il-kontrolli jew kwalunkwe parti elettrika.
Għatu
Ifred l-għatu u l-plagg (l-għatu b'żewġ biċċiet biss). Aħsel f'ilma sħun
bis-sapun. Laħlaħ sakemm tnaddfu taħt gelgul ilma u ixxotta. Immonta
mill-ġdid qabel l-użu.
Kontenitur
Biex ittawwal il-ħajja tal-kontenitur kemm jista' jkun, TAĦSLUX
fid-dishwasher.
1. Biex Tnaddaf: Imla 1/4 ta' kontenitur b'ilma sħun (110°F/43°C) u żid xi
żewġ taqtiriet ta' likwidu tad-diterġent tal-ħasil tal-platti.** Poġġi
l-kontenitur lura fuq il-bażi tal-mutur u b'mod sod poġġi l-għatu li fih
żewġ biċċiet. Ħaddem il-magna għal 30 sekonda. Battal il-kontenitur.
Irrepeti dan il-pass.
2. Biex Tlaħlaħ: Imla 3/4 tal-kontenitur b'ilma sħun (110°F/43°C) –
IŻŻIDX sapun. Poġġi l-kontenitur lura fuq il-bażi tal-mutur u b'mod sod
poġġi l-għatu li fih żewġ biċċiet. Ħaddem il-magna għal 30 sekonda.
Battal il-kontenitur.
3. Jekk jibqa' xi residwu solidu, neħħi l-immuntar tal-blade agitator
u aħsel il-partijiet kollha tal-kontenitur f'ilma sħun bis-sapun. Laħlaħ
u battal. Immonta mill-ġdid qabel il-pass li jmiss. TGĦADDASX
l-immuntar tal-blade agitator.
4. Biex Tissanitizza: Jekk ir-residwu solidu kollu jmur wara Pass 2 jew
wara li tlesti Pass 3, imla 3/4 tal-kontenitur b'taħlita ta' soluzzjoni li
tissanitizza.*** Poġġi l-kontenitur lura fuq il-bażi tal-mutur u b'mod sod
poġġi l-għatu li fih żewġ biċċiet. Ħaddem il-magna il-veloċità high għal
30 sekonda. Itfi l-magna u ħalli t-taħlita toqgħod fil-kontenitur għal
1-1/2 minuta addizzjonali. Ferra' t-taħlita tal-bleach.
Kontenitur Machines
64 uqija/2.0 Ltr. PBS, Touch and Go Blending Station, Blending
Station Advance, BarBoss Advance, BarBoss, Drink
Machine Advance, Drink Machine Two-Step, Drink
Machine Two-Speed, Vita-Prep 3, Vita-Prep, Vita-Pro
48 uqija/1.4 Ltr. Touch and Go Blending Station, Blending Station
Advance, BarBoss Advance, BarBoss, Drink
Machine Advance, Drink Machine Two-Step, Drink
Machine Two-Speed, Vita-Prep 3, Vita-Prep, Vita-Pro
Kontenitur Machines
32 uqija/0.9 Ltr. BarBoss Advance, BarBoss, Drink Machine
Advance, Drink Machine Two-Step, Drink Machine
Two-Speed, Vita-Prep 3, Vita-Prep, Vita-Pro
32 uqija/0.9 Ltr. XP T&G 2 Blending Station, BarBoss Advance, Drink
Machine Advance
48 uqija/1.4 Ltr. XP PBS Advance, Blending Station Advance
5. Poġġi l-kontenitur fuq il-bażi tal-mutur u ħaddem il-magna vojta għal 5
sekondi addizzjonali. TLAĦLAĦX wara li tissanitizza. Ħalli l-kontenitur
jinxef fl-arja.
** Biex ittawwal il-ħajja tal-kontenitur, Vita-Mix tirrakkomanda li tuża
sapun b'Ph baxx. Dishwashing awtomatiku mhuwiex rakkomandat.
*** Soluzzjoni li tissanitizza rakkomandata: 1.5 kuċċarini /7.4 ml bleach
istituzzjonali jew tad-dar f'2 qt./2.0 Ltr. ta' ilma.
Portion Blending System (PBS) Ice Bin
1. Aqla' l-wajer tad-dawl.
2. BIEX TNADDAF: Żvojta l-bqija tas-silġ qabel ma tnaddaf. Użu ice
scoop biex tneħħi kemm jista' jkun silġ minn fuq l-ice shelf.
3. Neħħi l-ice shelf u aħsel f'soluzzjoni li tnaddaf. Laħlaħ sakemm
tnaddfu taħt gelgul ilma u ixxotta.
4. Imla kontenitur nadif tal-blender b'5 kikkri/1.2 Ltr. ta' soluzzjoni li
tnaddaf.
5. Bl-ice chute, splash guard u ice shelf imneħħija, ferra' bil-mod
is-soluzzjoni li tnaddaf ġo l-ice bin b'moviment ċirkolari, kemm jista'
jkun qrib u kemm jista' jkun fl-għoli fil-ġnub, mingħajr ma ttajjar
is-soluzzjoni fuq in-naħa ta' barra ta' l-unità. NOTA: Xi ftit
mis-soluzzjoni li tnaddaf ser toħroġ miż-żona tax-xafra u fuq u wara
l-pad tal-kontenitur. Dan hu normali.
6. Poġġi immedjatament il-kontenitur fuq il-pad tal-kontenitur u poġġi
l-għatu ta' l-ice bin fuq l-ice bin. Agħfas u żomm il-buttuna tax-shaver
għal 30 sekonda biex tħaddem ix-shaver u tiċċirkola s-soluzzjoni li
tnaddaf waqt li fluwidu li jnaddaf ikun għadu fl-ice bin.
7. Erħi l-buttuna tax-shaver u ħalli s-soluzzjoni li tnaddaf toħroġ mill-ice
bin.
8. Uża biċċa ratba mxarrba fis-soluzzjoni li tnaddaf, u imsaħ
manwalment kemm jista' jkun mill-ice bin u mix-shaver. Oqgħod
attent/a meta timsaħ qrib ix-xafra tax-shaver.
9. Irrepeti Passi 4-8 għat-tieni darba bis-soluzzjoni li tnaddaf.
10. BIEX TLAĦLAĦ: Irrepeti Passi 4-8 darbtejn b'ilma nadif.
11. BIEX TISSANITIZZA: Irrepeti Passi 4-8 darbtejn billi tuża soluzzjoni li
tissanitizza. Is-soluzzjoni li tissanitizza rakkomandata hi 1.5 kuċċarini
/7.4 ml bleach istituzzjonali jew tad-dar f'2 qts. /2.0 Ltr. ta' ilma.
12. M'GĦANDEKX tlaħlaħ jew timsaħ l-intern ta' l-ice bin wara li
tissanitizzah. Ħalli l-ice bin jinxef fl-arja bl-għatu mneħħi minn fuqu.
13. Neħħi l-għatu u aħslu f'soluzzjoni li tnaddaf. Laħlaħ sakemm tnaddfu
taħt gelgul ilma u ixxotta.
NOTI IMPORTANTI!
KIF GĦANDEK TNADDAF IL-PRODOTTI: M'GĦANDEKX TUŻA
sustanzi abrasivi li jnaddfu jew bleach konċentrat meta tkun qed tnaddaf.
M'GĦANDEK TUŻA l-ebda cleaners li jkun fihom Quatinary Sanitizers
fuq komponenti tal-polycarbonate. M'GĦANDEK TUŻA l-ebda wieħed
minn dawn il-prodotti li jnaddfu li ġejjin: automatic dishwashing
detergents, oven cleaners, steel wool jew pads abrasivi oħrajn.
IMMUNTARTAX-XAFRA: TGĦADDASX l-immuntar tal-blade agitator.
KOMPATIBILITÀ TAL-KONTENITUR